Ċajta?

Kien il-Ħamis 30 t’April 2020, għall-ħabta tal-11.30pm meta waslitli t-telefonata mingħand it-tabib Ercole Spiteri, li insellimimlu minn hawn u nroddlu ħajr ta’ xogħlu. Għarrafni li rriżultajt pożittiv għall-COVID19.

Għall-ewwel ħsibtha xi ċajta minn xi kollega jew xi ħabib.

Radcliffe Bailey
Pensive, 2013
Milwaukee

Nammetti li iżjed milli kont inkwetat għalija nnifsi, iżjed inkwetajt għal tal-familja, inkluż dawk vulnerabbli. It-tabib assigurani li l-għada stess kien se jsirilhom it-test. Ħeġġiġni biex sadattant nevita kemm possibbli l-kuntatt magħhom.

24 siegħa mtertaq sakemm ħareġ ir-riżultat tagħhom. Ħajr ‘l Alla, irriżultaw kollha negattivi.

Ma stajtx nibqa’ d-dar. Kuntatt mill-ewwel mad-Direttur tal-post tax-xogħol tiegħi, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) f’Għawdex, Mons. Joe Vella Gauci, kien tradott f’sapport kbir. Offrieli mill-ewwel post tal-FSWS imħejji apposta għal tali ċirkostanzi u spjegali l-proċedura. L-għada, grazzi wkoll għall-infirmier Carmel Camilleri u l-bqija tal-ERRC f’Għawdex, ġejt trasferit lejn l-appartament tal-Appoġġ f’Għajnsielem. Irrid ngħid li l-ħidma kienet koordinata b’mod impressjonanti.

Mal-wasla fl-appartament, dħalt u għalaqt il-bieb. Sibt ruħi bejn erba’ ħitan, jien u ħsibijieti. Kien il-mument li bdejt niġi f’tiegħi u nirrealizza li ridt nagħmel ħbieb mal-ambjent t’hemm ġew għal mill-inqas xahar.

U tgħid ma kinitx ċajta!

Published by karljwright79

A Family Therapist working with individuals, couples and families. With a background in education, media and trade-unionism, I love being with people, learning through their narratives. I love travelling, exploring other cultures.

Leave a comment

Design a site like this with WordPress.com
Get started