Blog

Id-dinja ma saritx f’daqqa

Kollox isir…kollox jgħaddi. Pass pass, wieħed wara l-ieħor. Nitkellem ma’ ħafna nies li jħossuhom mgħaffġin bil-piżijiet li tippreżentalhom il-ħajja. Jien stess ikolli konverzazzjonijiet miegħi nnifsi fuq hekk ukoll. Il-piżijiet ivarjaw minn toqol tar-responsabbiltajiet fuq ix-xogħol, responsabbiltajiet tal-familja b’kull ma jinvolvu, impenji u attivitajiet differenti, għal sitwazzjonijiet ta’ kif wieħed se jleħħaq mal-ħajja ta’ kuljum u…

Meta l-kelma toħroġ mis-sinna…

Meta l-kelma toħroġ mis-sinna timla d-dinja. Meta kont tfal, u iżjed u iżjed meta kbirt, tgħallimt li, kemm hu possibbli, il-kelma trid tqisha qabel tgħidha, għax ġaladarba titlissen, mhux la kemm tiġborha lura. Laqatni dan ir-ritratt li ltqajt miegħu fuq l-internet. Huwa ritratt relatat ma’ attività li apparentement issir fi bliet kbar madwar il-globu kollu…

Il-ħin nagħmlu

Nisma’ spiss lil min jgħid, “M’għandix ħin”. Il-ħin ma jaqax mis-sema. Il-ħin nagħmlu jien. B’dan li qed nikteb hawn, qed infakkar lili nnifsi wkoll f’dan l-appuntament qasir però impenjattiv li għamilt jien stess miegħek li taqrani f’dan il-blogg, biex nibqa’ nagħmel il-ħin biex nikteb u naqsam il-ħsibijiet tiegħi b’mod regolari. Biex inkun iżjed prattiku, se…

Kull esperjenza hi saff ieħor ta’ saħħa

Fil-ħajja, minn waħda għal oħra. Minn esperjenzi ta’ suċċess u sodisfazzjon għal xi uġigħ ta’ firda, ta’ falliment jew ħolma li ma rnexxietx, jew ta’ mħabba li ntfiet, jew saħansitra ta’ mard fuqek jew fuq nies qribek. Mhux dejjem nirrealizzaw li kull esperjenza tkun trawwem fina saff ieħor ta’ saħħa. Iltqajt mal-frażi t’hawn fuq u…

Doża ikbar ta’ mħabba ddgħajjef il-kriminalità

Fil-ħajja tat-tfal u ż-żgħażagħ irrid ninjetta doża ikbar ta’ mħabba. Hekk inkun nikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-imġiba kriminali. Dan hu l-impenn tiegħi u nixtiequ li jkun l-impenn ta’ kull ċittadin, ta’ kull persuna. Ġejt mitlub nikkummenta fuq il-programm ferm segwit Għandi Xi Ngħid tal-ħabib u kollega tiegħi l-Prof. Andrew Azzopardi. Staqsieni għalfejn xi żgħażagħ jirrikorru għall-kriminalità u…

Inkun grat u nikseb il-ferħ

Mhuwiex il-ferħ li jagħmilni grat, imma l-gratitudni li tagħmilni ferħan. Din hi t-tip ta’ sentenza li twaqqfni naħseb. Pruvajt nittraduċiha waqt li nibqa’ fidil lejn is-sens tagħha. Kemm hi sabiħa l-gratitudni, li nagħraf napprezza, li ngħid grazzi mill-qalb. Grat lejn Alla għal dak kollu li jien. Grat li niftaħ għajnejja kull filgħodu. Grat li norqod…

Xejn ma jiġri addoċċ

Jiġu mumenti fil-ħajja fejn inħossni naqta’ lura. Sikwit nisma’ frażijiet bħal ‘xortija ħażina’ jew ‘meta tiġi, iftħilha’ jew ‘ħajti iżjed inżul milli tlajja’. Laqtitni din il-frażi u xtaqt naqsam ħsieb ċkejken dwarha. Sikwit ngħid li fil-ħajja xejn ma jiġri addoċċ. Kull ma jiġri għandu xi tagħlima u opportunità għalija. Jekk ma jiġri xejn, kif se…

Nagħti kulur fejn hu mdallam

Bil-mod kif nitkellem u bil-mod kif inġib ruħi nista’ verament noffri dawl fejn hemm id-dlam; fejn hu nieqes mill-kulur. Ibda biex, irrid naċċerta li jien innifsi ngawdi ċerta paċi miegħi nnifsi; li jien stess għandi dawl li minnu nista’ ndawwal lill-oħrajn; li jien stess ikkulurit u nista’ ndakkar lil ħaddieħor bi lwien ħelwin. Dan nagħmlu…

Inħobb lili nnifsi

Nirrifletti fuq l-importanza li nħobb lil kulħadd, però ma ninsiex inħobb lili nnifsi. Ma nistax ninsa nieħu ħsiebi. Nieħu ħsiebi billi niekol u nixrob dak li hu tajjeb għal saħħti, inżomm lili nnifsi attiv/a, nistrieħ għal ħin biżżejjed, inżomm lili nnifsi nadif/a, indawwar lili nnifsi b’ambjent u nies pożittivi, naħdem u nkun kburi b’dak li…

Li nistrieħu huwa bżonn

Il-mistrieħ ma jiġix awtomatiku. Irridu nagħmlu l-ħin għalih ukoll. Jiġrilna ħafna drabi li nintilfu fix-xogħol, fir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum, fil-ħsibijiet, fil-pjani ta’ xi rridu nagħmlu, u f’mitt ħaġa oħra. Jiġrilna li forsi nispiċċaw inġibu lir-raġel jew lill-mara jew/u lit-tfal qabilna. Nagħmluha sforz kemm inkunu nħobbuhom. Ġieli anki nġibu lil ħaddieħor qabilna, u forsi anki nfittxu…

Loading…

Something went wrong. Please refresh the page and/or try again.


Follow My Blog

Get new content delivered directly to your inbox.

Design a site like this with WordPress.com
Get started